css3 buttons by Css3Menu.com



Il-Kummissjoni Kateketika u Familja

 

Il-Kummissjoni Katekeżi u l-Kummissjoni familja ingħaqdu ħalli b’hekk inkunu nistgħu naħdmu aktar flimkien fejn jidħlu tfal u familji.

Il-membri huma Rita u Anthony Schembri, Miriam Agius u Ruth Agius f’isem il-Kummissjoni Familja, is-Superjura M’Anne Briffa mużew bniet mill-ewwel sa l-aħħar sena, Ruth Agius u Vince Cutajar Katekeżi subien mill-ewwel sar-raba sena. Stefan Azzopardi flimkien ma’ Fr Mark Ellul jorganizzaw laqgħat ta’ formazzjoni għall-membri ta’ din il-kummissjoni.

L-ewwel laqgħa saret fl-4 ta’ Ottubru 2019. F’din il-laqgħa ġew stabbiliti l-irwoli tal-membri.

Din il-kummissjoni torganizza lagħqat għal ġenituri tat-tfal li jattendu il-mużew/katekeżi.

Torganizza wkoll żewġ seminars wieħed għal-ġenituri li għandhom it-tfal li ser jagħmlu l-ewwel tqarbina u ieħor għall-ġenituri tat-tfal li ser jagħmlu l-griżma.

Barra lagħqat ta’ formazzjoni din il-kummissjoni torganizza attivitajiet għat-tfal flimkien mal-ġenituri.

Il-Kummissjoni Kateketika/Familja tieħu ħsieb ukoll il-purċissjoni bil-bambin ta’ lejliet il-Milied. Il-purċissjoni toħroġ mill-Bażilka u terġa tidħol fil-Bażilka u flimkien ma’ l-Arċipriet tistabbilixxi t-toroq min fejn tgħaddi l-purċissjoni.

Din il-kummissjoni tieħu ħsieb ukoll ir-reġistrazzjoni tat-tfal għal Katekeżi u kull term tingħata l-attendenza lil arċipriet biex bhekk jinżamm profil tat-tfal u min ifalli tintbagħat ittra d-dar lill-ġenituri.

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved