css3 buttons by Css3Menu.com
Servizzi offruti mill-Uffiċċju ParrokkjaliUffiċċju parrokkjali hu l-post minn fejn tiġi koordinata l-ħidma pastorali tal-Parroċċa. Minkejja l-ħafna ħidma li tkun għaddejja fih, l-uffiċċju jkun miftuħ għall-pubbliku f’ċertu ħinijiet biss. Jekk dawn il-ħinijiet ma jkunux adatti għalik, tajjeb li tikkomunika mal-parroċċa u tingħata appuntament. Għalhekk, qabel ma tmur l-uffiċċju parrokkjali tajjeb li tara x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ. Tista’ tagħmel kuntatt magħna fuq parrocca.senglea@maltadiocese.org Importanti li qabel tiġi l-Uffiċċju Parrokkjali ġib miegħek il-karta tal-identità. Minħabba obbligi legali, hemm il-bżonn li tiġi preżentata il-karta tal-identità biex wieħed jinqeda. Ħafna mill-ħidma f’uffiċċju parrokkjali hi mwettqa mill-lajċi. Fil-maġġoranza tal-każi, il-lajċi li jkunu l-uffiċċju jkunu jistgħu jaqduk. Hemm diversi servizzi li qabel kienu mwettqa mill-Arċipriet li issa qed jiġu fdati f’idejn in-nies li jservu fl-uffiċju. Jekk inti għandek bżonn lill-Arċipriet jew tixiteq titkellem ma saċerdot, tajjeb li tara meta dawn ikunu l-uffiċċju parrokkjali. Minħabba impenji pastorali oħra, mhux bilfors ikunu hemm kull darba li jkun miftuħ l-uffiċċju. Jekk inti għandek bżonn tiġbor xi ċertifikati, importanti li tkun taf li ċertifikati tal-Magħmudija, tal-Griżma u taż-Żwieġ jistgħu jinġabru biss mill-individwu li tiegħu hu ċertifikat. F’każ ta’ minorenni, iċ-ċertifikat jista’ jinġabar biss mill-ġenituri. Jekk għal xi raġuni ma tistax tiġbor inti iċ-ċertifikati, il-persuna li ser tiġi l-uffiċċju irid ikollha l-permess uffiċċjali bil-miktub sabiex din tkun tista' tagħmlu f'ismek. Hawn għandek issib link għall-formola uffiċċjali. Bosta jiġu l-uffiċċju parrokkjali biex l-Arċipriet jawtentika firma, identità jew ritratt tagħhom (per eż. applikazzjoni għal passaport). Biex tinqeda hu importani li l-Arċipriet ikun ilu jaf il-persuna għal aktar minn sentejn. Il-persuna trid tmur hi personali u tiffirma quddiem l-Arċipriet. Ma tistgħax tibgħat l-applikazzjoni ma’ persuna oħra. F’każ li jkun hemm bżonn ta’ firem ta’ persuni oħra (per eż. applikazzjoni għal passaport tat-tfal), il-persuni kollha jridu jmorru personalment għand l-Arċipriet u jiffirmaw quddiemu. L-applikazzjoni trid tittieħed kollha u mhux biss il-paġna li fiha l-Arċipriet ikun se jiffirma. Prokuri, dokumenti legali u formoli relatati ma' Banek kemm lokali kif ukoll barranin mhux permessi li jiġu iffirmati f'dan l-uffiċċju, wieħed jista jirrikori għand in-nutar jew persuna legali sabiex isir dan.
| ||||
L-Uffiċċju Parrokkjali27, Triq San Lawrenz, SengleaĦinijiet tal-Uffiċċju
Għal appuntament ibgħat email fuq parrocca.senglea@maltadiocese.orgTelefon2182 72032180 7204 |
||||