Knejjes Oħra fil-Parroċċa
Knisja tal-Madonna tal-Porto Salvo
Din il-knisja hija ddedikata lill-Madonna li marret iżżur lil Santa Eliżabetta (Il-Viżitazzjoni). Tissejjaħ ilMadonna ta' Porto Salvo għaliex fi żmien il-Kavallieri knejjes iddedikati lil Viżitazzjoni kienu wkoll magħrufa bħala ta' Porto Salvo billi kienu jitolbu lil Madonna twassalhom lura mill-vjaġġi tagħhom qawwijin u sħaħ kif hija waslet qawwija u sħiħa għand Eliżabetta.
Din il-knisja nbniet għall-ewwel darba fl-1596 iżda tkabbret u fl-1686 saret kif nafuha llum. Il-parti lkbira tan-nies tal-inħawi li kienu baħħara u l-Kavallieri malli jidħlu l-port kienu jilmħu lilha quddiemhom u jroddu ħajr lill-Madonna li wasslithom lura bis-sliem. Infatti jekk wieħed joħroġ mill-bieb prinċipali tal-knisja u jħares quddiemu jara ilbokka talPort ilKbir.
Fl-1662 grupp ta' saċerdoti Sengleani devoti ta' San Filippu Neri xtaqu jgħixu f'din il-knisja skond irregola tal-Oratorju ta' San Filippu Neri u ġabu l-permess meħtieġ biex jagħmlu dan. Huma bdew jissejħu Filippini jew Oratorjani u minħabba s-servizz eċċellenti li kienu jagħtu lill-poplu Senglean il-knisja ma damitx ma bdiet tkun magħrufa bħala l-knisja ta' San Filippu. Meta l-patrijiet Filippini spiċċaw, fil-fatt laħħar wieħed kien Dun Anġelo Raggio li miet fl-1928, lIsqof ħalliha f'idejn il-kleru djoċesan.
Fi żmien il-Kolera, il-kunvent biswit il-knisja serva ta' sptar u meta l-knisja parrokkjali tal-Isla ġġarfet bilbombi fl-aħħar gwerra, il-knisja ta' San Filippu serviet bħala knisja parrokkjali sakemm reġgħet inbniet mill-ġdid. Mal-ftuħ mill-ġdid tal-knisja parrokkjali fl-1958 l-Arċisqof Gonzi ħalla l-kura talknisja ta' San Filippu f'idejn il-patrijiet Ġiżwiti. Fl-2008 il-patrijiet Ġiswiti rtiraw mill-Isla u l-Arċisqof Merċieca poġġa l-kura talknisja u tal-poplu tal-madwar f'idejn s-Salesjani ta' Don Bosco.
Fl-Oratorju u Kunvent li hemm ma' din il-knisja qed isir xogħol siewi mat-tfal, bħall-Homework Club, il-Kamp fisSajf u Youth Centre matul is-sena skolastika. F'din ilknisja jkun hemm il-quddies regolari u tiġi ċċelebrata l-festa talMadonna tal-Porto Salvo fl-aħħar Sibt t'Ottubru.
Rettur
Dun Aurelio Mule Stagno
Quddies
Ħdud u Festi: 07:00, 09:30
Sibtijiet Filgħaxija: (Sajf) 18:30, (Xitwa) 18:00
Ġranet Ferjali: 08:00, 18:00
Telefon
2182 7323
2782 7323
Knisja ta' San Ġiljan
Din il-knisja nbniet fl-1311. Minħabba ħsarat li garrbet matul is-snin kellha terġa tinbena fl-1539 u wara fl-1710. Għalkemm hija żgħira fiha għadha tiġi ċċelebrata l-festa ta' San Ġiljan fis-27 ta' Jannar. Meta l-ġurnata taħbat f'nofs il-ġimgħa l-quddiesa ssir il-Ħadd ta' qabel jew ta' wara skont iċ-ċirkostanza. Infatti ċ-ċelebrazzjoni li jmiss ser issr fl-24 ta' Jannar 2016 u kull min jixtieq jattendi huwa mistieden. F'din il-knisja jistgħu jsiru ż-żwiġijiet. Min hu nteressat jista' jkellem lil Fr Robin Camilleri, Arcipriet tal-Isla.
Ħinijiet tal-Ftuħ
08:00 - 12:00
Rettur
Kan. Robin Camilleri, Arċipriet
|