INTRODUZZJONI

Merħba fis-sit uffiċċjali tal-Kolleġġjata Bażilika ta' Marija Bambina. F'dan is-sit elettroniku għandkom issibu l-informazzjoni kollha li jista' jkollkom bżonn dwar din il-parroċċa li tinsab fil-lokalità tal-Isla (Senglea) Fis-sezzjoni tal-avviżi tistgħu ssibu mniżżlin l-attivitajiet kollha li jkunu ser isiru fil-parroċċa, fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Nistiednukom sabiex iżżuru ta' spis lil dan is-sit elettroniku kif ukoll il-paġna tal-parroċċa fuq is-sit soċjali Facebook, sabiex iżżommu ruħkom aġġornati.