css3 buttons by Css3Menu.com
Tim tal-Midja
Bħala parti mill-preparamenti għall-festi ċentinarji fil-parroċċa tal-Belt Senglea inħasset il-ħtieġa li jiġi ffurmat grupp li jkun inkarigat minn dak kollu li huwa relatat mal-midja. Għal dan il-għan twaqqaf it-Tim Midja. Dan it-tim huwa mmexxi minn Core Group ta' ħames persuni. Il-Core Group għandu r-responsabbilta’ li jikkordina l-mezzi ta’ komunikazzjoni li diġà kienu qed jintużaw, filwaqt li joħroġ b’idejat ġodda, moderni u kreattivi sabiex joħloq materjal printed, awdjoviżiv u għal fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni maħsub sabiex ikompli jwassal il-kelma t’Alla fl-irkejjen kollha tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin. Il-ħidma ta' dan il-grupp hija msejsa fuq tlett punti importanti: Immodernizzar Koordinazzjoni Udjenza akbar Fl-aħħarnett filwaqt li dan it-tim, jew il-membri tiegħu jidhru ftit li xejn jidhru jew jissemmew, joffri l-apparat u sapport tekniku kollu meħtieġ sabiex il-kumplament tal-gruppi l-oħra fil-parroċċa jilħqu l-miri u l-aspettativi tagħhom fejn tidħol komunikazzjoni mal-pubbliku. Core Group • Stefan Azzopardi White (Chairperson) |