css3 buttons by Css3Menu.com
Il-Parroċċa tal-Isla
Il-Knisja Parrokkjali tal-Isla, iddedikata lit-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, aktarx ġiet proġettata fuq pjanta tal-arkitett Vittorio Cassar fl-1580 bħala monument tar-rebħa l-kbira tal-Assedju tal-1565. Saret parroċċa fil-bidu tas-sena 1581 u ġiet ikkonsagrata fl-20 ta' Ġunju 1743 mill-Isqof Paolo Alpheran de Bussan. Il-Papa Piju VI, fil-21 ta' Mejju 1786 iddikjaraha Kolleġġjata Insinji. Fl-1921 il-knisja saret Bażilika b'digriet tal-Papa Benedittu XV; saret ukoll santwarju għaliex l-istatwa ta' Marija Bambina ġiet inkurunata fl-4 ta' Settembru 1921. F'Jannar 1941 iġġarrfet bil-bombi iżda nbniet mill-ġdid u reġgħet ġiet ikkonsagrata minn Mons. Mikiel Gonzi, Arċisqof ta' Malta, fl-24 ta' Awwissu 1957. Numru ta' Parruċċani: 2,700 Knisja kolleġġjata Arċipretali ta' Marija Bambina Presbiterju Parrokkjali Kunsill Pastorali Parrokkjali Kunsill Ekonomiku Parrokkajli Sagristan u Kuratur Quddies |