css3 buttons by Css3Menu.com



Il-Kummissjoni Festa Esterna

 

Din il-kummissjoni għandha r-responsabbilta’ kbira li tieħu ħsieb t-tiżjin u l-armar tat-toroq kull meta jkollna xi ċelebrazzjoni fuq barra, b’mod speċjali hija l-festa ta’ Marija Bambina fit-8 ta’ Settembru.

Għalkemm wieħed l-iktar li jara xogħol għaddej huwa fil-ġranet ta’ qabel il-festa, x-xogħol ta’ din il-kummissjoni ma tieqaf qatt. Dan l’għaliex biex wieħed ikun jista’ jarma fil-festa, irid ikollu x’jarma u għalhekk dawn in-nies tul sena sħiħa jitilqu l-familji tagħhom biex iqattgħu sigħat sħaħ jagħmlu xogħol ta’ manutenzjoni fuq arbli u armar ieħor, jiġbru fondi għal armar ġdid u jaraw x’ikun hemm bżonn biex meta ż-żmien jasal kollox ikun lest biex l-armar ikun jista’ jitla’ fil-ħin. Għalkemm il-kummissjoni li tmexxi l-volontarji huwa wieħed żgħir u l-membri fuqu huma magħżulin biss mill-Arċipriet kulħadd huwa mistieden biex jekk irid jagħti daqqa t’id meta jkun hemm bżonn.

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved