css3 buttons by Css3Menu.com



Il-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira

 

Il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Isla hija waħda mill-eqdem purċissjonijiet li jsiru f’Malta. Għalkemm il-bidu ta’ din il-purċissjoni mhux magħruf min dokumenti li jinsabu ġewwa l-arkivji tal-parroċċa nistgħu nifhmu li fis-sena 1714 kienet diġà ssir xi forma ta’ purċissjoni bil-misteri li jfakkru l-passjoni ta’ sidna Ġesù Kristu. Matul is-snin il-ħidma u l-investiment baqgħu jikbru sakemm illum l-Isla toffri purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ livell u li tiġbed numru ta’ devoti kull sena.

Fl-2018 l-Arċipriet Dun Robin Camilleri ħatar kummissjoni sabiex tibda tieħu ħsieb l-organizazzjoni tal-purċissjonijiet kollha relatati maż-żmien tar-Randan. Dan wara li l-Prokuratur preċedenti s-sur Mario Caruana rtira wara 45 sena jieħu ħsieb din il-purċissjoni, u ta’ dan nirringrazzjawh minn qalbna.

L-għan ta’ din il-kummissjoni hu li tieħu ħsieb torganizza l-puċissjonijiet kollha marbuta ma żmien ir-Randan. Dawn huma:

• Pellegrinaġġ bl-istatwa mirakuluża ta’ Ġesù Redentur
• Pellegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Addolorata
• Purċissjoni bil-misteri tal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu nhar il-Ġimgħa l-Kbira
• Purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Irxoxt

Il-kummissjoni għandha wkoll ir-responsabbiltà tal-armar tal-istatwi kif ukoll ta’ armar ieħor relatat ma’ żmien ir-Randan ġewwa l-knisja. Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tieħu ħsieb tipprepara il-vestwarju li jintuża waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.

Il-Kummissjoni hija komposta minn dawn il-membri: L-Arċipriet Dun Robin Camilleri, Is-Sur Rennie Schembri, Is-Sur Stefan Schiavone, Is-Sur Paul Schembri, Is-Sur Ray Bezzina, Is-Sur Ġino Parnis, Is-Sur David Aġius, Is-Sur Victor Scerri u s-Sur Carlsten Dimech.

Għal-aktar informazzjoni u avviżi dwar il-Ġimgħa l-Kbira ta’ l-Isla ikklikkja fuq il-links ta' hawn taħt:

Ġimgħa l-Kbira, l-Isla - Paġna ta' Facebook

Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Isla - 2019

Copyright © Parroċċa l-Isla, Malta. All Rights Reserved