Tim - Festa Esterna

Dan it-tim għandu r-responsabbilta’ kbira li jieħu ħsieb t-tiżjin u l-armar tat-toroq kull meta jkollna xi ċelebrazzjoni fuq barra, b’mod speċjali hija l-festa ta’ Marija Bambina fit-8 ta’ Settembru.

Għalkemm wieħed l-iktar li jara xogħol għaddej huwa fil-ġranet ta’ qabel il-festa x-xogħol ta’ dan it-tim ta’ nies u tal-voluntiera kollha li jgħinu ma jieqaf qatt. Dan l’għaliex biex wieħed ikun jista’ jarma fil-festa, irid ikollu x’jarma u għalhekk dawn in-nies tul sena sħiħa jitilqu l-familji tagħhom biex iqattgħu sigħat sħaħ jagħmlu xogħo ta’ manutenzjoni fuq arbli u armar ieħor, jiġbru fondi għal armar ġdid u jaraw x’ikun hemm bżonn biex meta ż-żmien jasal kollox ikun lest biex l-armar ikun jista’ jitla’ fil-ħin. Għalkemm it-tim li jmexxi l-voluntarji huwa wieħed żgħir u l-membri fuqu huma magħżulin biss mill-Arċipriet kulħadd huwa mistieden biex jekk irid jagħti daqqa t’id meta jkun hemm bżonn.

E-Mail
feast-team@sengleaparish.org


© Copyright 2015 - Senglea Parish, Malta