Kummissjoni Parrokkjali Familja

Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja ġiet imwaqqfa f’Ottubru 2011 minn Kan. Joe Grech li dak iż-żmien kien Arċipriet tal-Isla, flimkien ma’ Fr. Robin Camilleri bl-għan li tkompli l-pastorali mal-għarajjes u l-miżżewġin. Din il-kummissjoni tiltaqa’ b’mod regolari u torganizza attivitajiet kemm reliġjużi kif ukoll soċjali għall-familji tal-Isla.

Il-Kummissjoni Parrokkjali Familja tieħu ħsieb il-quddies speċjali ta’ Jum l-Omm u ta’ Jum il-Missier. Tieħu ħsieb il-quddies tan-novena f’ġieħ it-twelid ta’ Marija Bambina: Jum il-Membri Ġodda tal-Komunita’ Nisranija, Jum is-Sengleani li għaddew għall-Ħajja ta’ Dejjem u Jum il-Familja. F’Diċembru niċċelebraw il-festa tal-Familja Mqaddsa b’quddiesa speċjali għal familji Sengleani.

L-iskop tal-Kummissjoni Parrokkjali Familja huwa li tagħraf tifhem ir-realtajiet tal-ħajja tal-familji fil-parroċċa, għalhekk torganizza laqgħat għal ġenituri, fuq aspetti diversi li jolqtu l-ħajja tal-familja. Torganizza wkoll l-eżerċizzi tar-Randan għal koppji kollha tal-parroċċa, kif ukoll il-Kors ta’ Kana, għal għarajjes bi preparazzjoni għas-sagrament taż-żwieġ. Tieħu ħsieb ukoll torganizza seminar għall-għarajjes li jkunu waslu biex jiżżewwġu.

J’Alla li bil-ħidma ta’ din il-kummissjoni aktar familji jersqu lejn Alla u lejn Ommu Marija.

E-Mail
kpf@sengleaparish.org


© Copyright 2015 - Senglea Parish, Malta