Kummissjoni Liturġija

L-Għan tal-Kummissjoni Liturġija hu li l-knisja tiċċelebra b’mod ħaj l-għaqda ma’ Alla u ma’ xulxin. Il-liturġija trid tiġġedded kontinwament biex tibqa’ tkun esperjenza sabiħa għal kull persuna. Ix-xogħol tal-Kummissjoni Liturġija huwa li kontinwament tara kif fil-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra, il-komunità tiltaqa’ mal-Mulej li qam mill-imwiet, u li jistedinha għall-mejda tiegħu. Il-Kummissjoni Liturġija tiltaqgħa darba fix-xahar sabiex tara li l-funzjonijiet liturġiċi qed jiġu ċċelebrati kif suppost u bid-dinjita’ li jixraqilhom. Dan ukoll isir biex nassiguraw li l-membri tal-komunita’ tagħna iħossuhom komdi fiċ-ċelebrazzjonijiet Ewkaristiċi u anki jieħdu xi ħaġa minnhom għal ħajja spiritwali tagħhom.

Attwalment il-Kummissjoni hija ffurmata minn 7 persuni. Dawn huma: Dun Robin Camilleri (Arċipriet), Jesmond Inguanez (Chairperson), Marylene Farrugia (Segretarja), Fr. Aurelio Mule Stagno, Gino Parnis, Sandra Inguanez, Mario Caruana.

E-Mail
liturgicalcomm@sengleaparish.org


© Copyright 2015 - Senglea Parish, Malta