L-Istorja tal-Parroċċa
Il-Knisja fl-Isla tul is-snin

Fil-bidu tal-Kristjaneżmu, l-ewwel insara kienu jiltaqgħu bil-moħbi minħabba diversi persekuzzjonijiet mir-Rumani. L-ewwel insara kienu jintgħarfu mill-imħabba li kellhom bejniethom. Dawn kienu żammew it-tifkira ħajja ta’ Ġesù li kull meta jiltaqgħu jaqsmu l-ħobż u jieklu flimkien. Diversi mexxejja Rumani kienu jordnaw il-qtil ta’ ħafna insara minħabba li dawn kienu jirrifjutaw li joffru inċens u qima lill-Imperatur. Dawn il-persekuzzjonijiet waqfu meta kien hemm Kostantinu bħala Imperatur Ruman, li kien sar nisrani ftit qabel miet . Dan kien fir-raba' seklu Wara Kristu, għalhekk minn dak iż-żmien ’il quddiem, li tkun nisrani ma kinitx xi ħaġa ta’ moħba, imma li toħroġ fil-beraħ u tibni tempji sbieħ u grandjużi.

Mill-mod kif il-bniedem kien jibni t-tempji tiegħu, juri x’immaġini kellu t’Alla. Eżempju, fiż-żmien Medjevali (500 – 1500 W.K) ilbniedem bena knejjes u katidrali sbieħ ħafna li kienu għoljin u mżejna b’ħafna arkati ġejjin għall-ponta, kif ukoll twieqi bi ħġieġ ikkulurit biex meta jgħaddu r-raġġi tax-xemx minnu, juri ssbuħija ta’ dawk ix-xeni. Wieħed minn dawn il-katidrali kien inNotre Dame de Paris. Permezz tal-għoli tiegħu, dan il-katidral jurina li Alla qiegħed ’il fuq, fejn il-bniedem diffiċli jilħqu. Maż- żmien beda dieħel il-Barokk, stil ieħor sabiħ u elaborat ħafna. Dan kien stil li jinkludi fih ħafna tinqix u dettal fil-ġebla, kif ukoll diversi tiżjin fil-kolonni u l-artali. Dan kien mezz biex juri ssbuħija t’Alla lill-bniedem. Eżempju ta’ bini bħal dan huwa lKon-katidral ta’ San Ġwann f’Malta, kif ukoll il-Vatikan f’Ruma.

F’Malta r-reliġjon kellha importanza kbira, u kif wieħed jista' jara anki llum, Malta hija mimlija bi knejjes u kappelli. Dan juri l-fatt li l-Maltin riedu juru d-devozzjonijiet li kellhom lejn it-Trinità, Marija Santissima u l-qaddisin kollha billi jiddedikawlhom tempji sbieħ. Minn żmien l-Imperatur taż-Żewġ Sqallijiet (Napli u Sqallija), Federiku II, kull persuna li tgħix fir-renju tiegħu kellha tkun Kristjana, inkella tiġi arrestata u deportata f’Luċera fl-Italja. Għalhekk, biex il-Maltin juru li kienu insara konvinti, bnew aktar kappelli. Kien f’dan iż-żmien li n-numru ta’ kappelli f’Malta żdied. Fl-Isla wkoll inbniet kappella, u din ġiet iddedikata lil San Ġiljan, il-qaddis protettur tal-kaċċaturi. X’aktarx li din ilkappella twaqqfet biex tintuża mill-kaċċaturi ta’ dak iż- żmien, peress li l-Isla kienet għadha art moxa bi ftit siġar ’l hawn u ’l hinn.

Mal-wasla tal-Kavallieri f’ Malta, l-Isla kibret fl-importanza tagħha minħabba li huma għażlu lill-Birgu bħala l-post fejn joqogħdu. L-ewwel Gran Mastri f’Malta użaw l-Isla bħala post ta’ rikreazzjoni, infatti huma bnew il-vilel tagħhom fuq dan l-ilsien t’art. Kien il-Gran Mastru Claude de la Sengle li ra l-potenzjal li jibni fuq din il-peniżola, belt imdawra bis-swar biex il-Port il-Kbir ikun dejjem aktar imsaħħaħ. Mal-bidu tal-Assedju l-Kbir fl-1565, is-swar talIsla kienu għadhom baxxi, tant li biex jassiguraw lill-Isla min-naħa tal-Marsa, kellhom jagħmlu forom ta’ difiża fil-baħar biex l-għadu jinżamm milli jasal sax-xatt. Wara tliet xhur ta’ taqbid, l-Assedju ġie fi tmiemu fil-jum li fih il-Knisja tiċċelebra l-festa tat-twelid ta’ Marija Santissima. B’hekk l-Isla ngħatat it-titlu ta’ Citta` Invicta. F’dan iż-żmien, l-Isla kompliet tinbena u tikber.

Kif issemma aktar ’il fuq, l-unika knisja li kien hawn fl-Isla kienet dik ta’ San Ġiljan, iżda l-parroċċa kienet il-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu. Għalhekk, kull darba li l-qassis ried iqaddes, kellu jġib is-Santissmu Sagrament miegħu. Fl-1575, ġie Malta Monsinjur Pietro Dusina biex jagħmel viżta pastorali fil-parroċċi u l-Knejjes kollha ta’ Malta u Għawdex. In-nies tal-Isla talbu lil Monsinjur Dusina biex minn flushom iħallsu qassis biex jamministra s-sagramenti kollha, minbarra lmagħmudija, fil-Knisja ta’ San Ġiljan. Il-magħmudija kellha tibqa' tiġi amministrata fil-Parroċċa talBirgu, u dan baqa' jsir sal-1581, meta l-Knisja ta’ San Ġiljan saret parroċċa indipendenti. Iżda minħabba li kibret il-popolazzjoni, kien hemm il-bżonn li tinbena knisja ikbar biex taqdi aħjar ilbżonnijiet spiritwali tal-poplu Senglean.

Fit-8 ta’ Settembru, 1595 l-isqof Gargallo qiegħed l-ewwel ġebla, filwaqt li fil-15 t’Ottubru, 1743 il-knisja ġiet ikkonsagrata solennement mill-Isqof Alferan. Din ġiet iddedikata lit-twelid ta’ Sidtna Marija, u mwaqqfa bħala monument tar-rebħa fuq l-għadu Mislem. Maż-żmien, l-imħabba tasSengleani lejn il-Knisja tagħhom ma naqsitx. Meta żmien il-kavallieri kien kważi wasal fi tmiemu, u s-seklu 18 kien qed jintemm, għall-Isla kienu qed joqorbu żminijiet ġodda. Il-Kappillan Dun Salvatore Bonniċi sa mill-ewwel jum tan-nomina tiegħu, fl-10 ta’ Jannar, 1778 beda jippjana biex jgħolli lil din il-parroċċa għall-ġieħ ta’ Collegiata Insigni. Il- ħsieb wara din l-idea kien li l-kleru jagħti servizz aħjar fil-parroċċa, filwaqt li jamministra l-legati parrokkjali aħjar. Kien hemm diversi diffikultajiet biex din il-proposta titwettaq, fosthom kien hemm oppożizzjoni kbira min-naħa tal-kapitlu tal-Katidral tal-Imdina. L-Isqof Vincenzo Labini ġie influwenzat minn dawn il-kanonċi u beda jopponi huwa wkoll. Għalhekk f’Jannar tal-1783, il-Kappillan tal-Isla ressaq rikors quddiem il-Papa Piju VI dwar il-kolleġġjata. Il-Balliju Gacchino Pritto, li kien wieħed mir-rappreżentanti tal-Ordni f’Ruma dak iż-żmien, fuq insistenza tal-Gran Mastru De Rohan, għen ukoll biex din it-talba timxi ’l quddiem f’Ruma. Minħabba l-fatt li f’dan ilperjodu l-Ordni kienet għaddejja minn diversi problemi, fosthom dawk finanzjarji u dawk tattmexxija, il-Gran Mastru beda joffri l-protezzjoni tiegħu lil kull min jitlobha biex b’hekk iżomm lillpoplu Malti kuntent bit-tmexxija tiegħu. Madankollu, għalkemm kien hemm diversi għajnuniet, xorta waħda l-proċeduri ħadu fit-tul. Fl-aħħar, f’Jannar tal-1786, l-Isqof Labini għamel vista pastorali flIsla, u minn hemm ġie deċiż li jingħata t-titlu ta’ Collegiata Insigni. Fil-21 ta’ Mejju tal-istess sena, Papa Piju VI ffirma l-bolla li biha l-knisja parrokkjali tal-Isla ġiet mgħollija għall-ġieħ ta’ kolleġġjata.

Dan it-titlu kien ifisser li ta’ kuljum il-kleru kellu jiltaqa' bħala komunità biex jagħti qima ’l Alla flimkien. L-ewwel kanonċi ħadu l-pussess fis-7 ta’ Settembru, 1786 mill-Isqof Labini. Il-Kapitlu kellu jkun magħmul minn sitt dinjitarji: il-Primiċerju li jintgħażel mis-Sede Appostolika, l-Arċipriet li jmexxi l-parroċċa, id-Dekan, il-Kantur, il-Prepostu u t-Teżorier. Fil-bidu, ma’ dawn kien hemm 16-il Il-Knisja Parrokkjali lqadima. Sors:http://www.sen glea.net/parish_chur ch.htm kanonku ieħor li minnhom kienu jintgħażlu il-Penitenzier u tTeologu. Il-membri tal-kapitlu kienu jiltaqgħu fl-Awla kapitular li tinsab fuq il-parti ta’ ġewwa tal-knisja. F’dawn il-laqgħat, huma kienu jfasslu l-pjan pastorali għat-tmexxija tal-erwieħ. Kull kanonku kellu d-dekorazzjonijiet tiegħu li kienu jintlibsu waqt ilfunzjonijiet tal-Kolleġġjata. Dawn kienu r-Rukkett (libsa bajda li minn taħt ikollha tiżjin bil-bizzilla) u l-Muzzetta (kappa ta’ kulur ħamrani fil-vjola li tintlibes fuq l-ispallejn). Fuq dawn kien jintlibes salib tad-deheb bi sfond iswed u b’ħames arzelliet fuqu. Fuq il-parti ta’ fuq tas-Salib kien ikun hemm ħolqa bis-simbolu ta’ Marija Santissima u mdawra bi 12-il stilla li jingħalqu b’kuruna tad-deheb. Dan kien simbolu li permezz ta’ Marija Santissima, aħna naslu għand Ġesù r-Redentur tagħna. Minbarra din, kien hemm dekorazzjoni oħra li kienet tinżamm fuq wara. Din kienet xabla bil-friegħi tal-palm, u b’dawk taż-żebbuġ fl-isfond tagħha. Din tfakkarna fir-rebħa li l-Insara għamlu fuq l-għadu Mislem, u fix-xandir tal-kelma. Dawn iż-żewġ dekorazzjonijiet kienu jiddendlu mal-għonq b’kurdun ta’ lewn iswed u ħjut tad-deheb. Ilkurdun kien jispiċċa b’żewġt iġmiemen tal-istess materjal. Fuq dan kollu l-Arċipriet kien jilbes l-istola bħala sinjal ta’ responsabilità tat-tmexxija tal-Parroċċa.

Il-kanonċi kienu jiltaqgħu biex jgħidu l-uffiċju Divin flimkien fuq wara tal-knisja, f’post jissejjaħ ‘il-kor kapitulari’, u li jinsab wara l-artal maġġur. Minħabba li fi knejjes li huma kolleġġjata dan seta' jfixkel mill-amministrazzjoni tal-Ewkaristija, il-Knisja ordnat li t-tabernaklu kellu jsir f’post ieħor, mhux wara l-artal maġġur. Il-kappella tas-Sagrament għalhekk saret fl-artal tal-Kunċizzjoni.

Fl-1912, saret talba mill-kapitlu lill-Papa Piju VI biex isir użu minn mazza bħala simbolu tal-Kolleġġjata. Din kellha tkun tal-fidda, ikollha simboli marbuta malparroċċa (l-istatwa ta’ Marija Bambina flimkien ma’ erba' figuri ta’ nisa mill-Antik Testment), u tinġarr fuq l-ispalla x-xellugija tal-mazzier (il-persuna li ġġorr il-mazza).

Is-Sengleani għalkemm kienu kuntenti li rnexxielhom jgħollu l-ġieħ tal-knisja tagħhom, xorta waħda xtaqu li jagħtu ġieħ ieħor lill-Knisja, dik ta’ Bażilika Minuri. Din il-ħolma saret realtà ftit tas-snin wara, fl- 1921. Permezz ta’ dan il-ġieħ, ġiet mibnija tribuna fuq l-artal maġġur. Iżda sfortunatament, il-knisja Parrokkjali tal-Isla waqgħet bil-bombi tal-gwerra, u b’hekk dawk it-teżori li ma tneħħewx mill-knisja, spiċċaw intilfu. Il-Knisja reġgħet inbniet mill-ġdid fuq l-istess stil li kellha minn ġewwa, imma ġiet mibdula ftit minn barra. Din tlestiet fl-1957, u llum nistgħu ngħidu li għandna knisja sabiħa, li tpaxxi lil kull min iħares lejha, u li ġġorr storja twila.

Informazzjoni miġbura mis-SInjorina Romina Powell.


© Copyright 2015 - Senglea Parish, Malta