Avviżi

  • It-Tnejn 11 ta' Marzu 2019

    7:00 p.m.
    Laqgħa ta’ formazzjoni għal kulħadd fis-Sede tal-Azzjoni Kattolika. Nieħdu l-opportunita’ sabiex niskopru aktar fuq il-fidi tagħna.


  • Il-Ġimgħa 15 ta' Marzu 2019

    6
    :00 p.m.

    Waqt il-quddiesa, issir meditazzjoni fuq il-misteru tal-Passjoni.

  • Is-Sibt 16 ta' Marzu 2019

    5:30 p.m.
    Kif aħna mħeġġin mill-Isqfijiet ser nitlobu il-Via Sagra Komunitarja.


    Avviżi Oħra

  • Nhar is-27 ta’ Marzu ser issir it-tnedija tal-Ktieb fuq ir-Redentur. Importanti min jixtieq dan il-ktieb jagħmel pre-booking tiegħu. Fih ser ikollu l-istorja tar-restawr, storja u arti u xjenza. Fost ħafna ritratti sbieħ. Aktar informazzjoni mill-Uffiċċju Parrokkjali.

  • Bejn it-22 ta’ Marzu u 24 ta’ Marzu ser issir Weekend break fis-San Antonio Hotel & SPA. Min hu mħajjar jista jibbukja fl-uffiċċju parrokkjali.

  • Nhar Ħadd il-Palm sejrin norganizzaw ġurnata Għawdex fejn nara ukoll il-purċissjoni bil-misteri. Min hu mħajjar jinkiteb fl-uffiċċju parrokkjali.

© Copyright 2015 - Senglea Parish, Malta